Privatezza u Termini
Privatezza u Termini

Is-servizzi ta' reklamar ta' Google qed jesperimentaw b'modi ġodda ta' kif jappoġġaw it-twassil u l-kejl tar-reklamar diġitali b'modi li jħarsu aħjar il-privatezza tan-nies online permezz tal-inizjattiva Privacy Sandbox fuq Chrome u fuq Android. L-utenti bis-settings rilevanti tal-Privacy Sandbox attivati fi Chrome jew f'Android jistgħu jaraw reklami rilevanti mis-servizzi ta' reklamar ta' Google fuq il-bażi ta' dejta tas-Suġġetti jew Udjenza Protetta maħżuna fil-brawżer jew fl-apparat mobbli tagħhom. Is-servizzi ta' reklamar ta' Google jistgħu jkejlu wkoll il-prestazzjoni tar-reklami billi jużaw dejta ta' Rapportar tal-Attribuzzjonijiet maħżuna fil-brawżer jew fl-apparat mobbli tagħhom. Aktar informazzjoni dwar il-Privacy Sandbox.

Kif Google tuża l-informazzjoni minn siti jew apps li jużaw is-servizzi tagħna

Ħafna siti web u apps jużaw is-servizzi ta' Google biex itejbu l-kontenut tagħhom u jżommuh b'xejn. Meta jintegraw is-servizzi tagħna, dawn is-siti u l-apps jaqsmu l-informazzjoni ma' Google.

Pereżempju, meta żżur sit web li juża servizzi ta' reklamar bħal AdSense, inklużi għodod analitiċi bħal Google Analytics, jew jinkorpora kontenut tal-vidjow minn YouTube, il-brawżer tal-web tiegħek awtomatikament jibgħat ċerta informazzjoni lil Google. Din tinkludi l-URL tal-paġna li tkun qed iżżur u l-indirizz tal-IP tiegħek. Pereżempju, nistgħu nużaw l-indirizz tal-IP biex nidentifikaw fejn tinsab, biex inkejlu l-effettività tar-reklami, u, skont is-settings tiegħek, biex intejbu r-rilevanza tar-reklami li tara. Nistgħu wkoll nissettjaw cookies fuq il-brawżer tiegħek jew naqraw cookies li jkunu diġà jinsabu hemm. L-apps li jużaw is-servizzi ta' reklamar ta' Google jaqsmu wkoll informazzjoni ma' Google, bħall-isem tal-app u identifikatur uniku għar-reklamar.

Google tuża l-informazzjoni maqsuma mis-siti u mal-apps biex twassal is-servizzi tagħna, iżżommhom u ttejjibhom, tiżviluppa servizzi ġodda, tkejjel l-effettività tar-reklamar, tipproteġi kontra l-frodi u l-abbuż, u tippersonalizza l-kontenut u r-reklami li int tara fuq Google u fuq is-siti u l-apps tas-sħab tagħna. Ara l-Politika tal-Privatezza tagħna biex issir taf aktar dwar kif nipproċessaw id-dejta għal kull wieħed minn dawn l-iskopijiet u l-paġna tar-Reklamar għal aktar informazzjoni dwar ir-reklami ta' Google, kif l-informazzjoni tiegħek tintuża fil-kuntest tar-reklamar u għal kemm żmien Google taħżen din l-informazzjoni.

Il-Politika tal-Privatezza tagħna tispjega l-motivazzjonijiet legali li Google tibbaża fuqhom biex tipproċessa l-informazzjoni tiegħek — pereżempju, nistgħu nipproċessaw l-informazzjoni tiegħek bil-kunsens tiegħek jew insegwu interessi leġittimi bħall-provvista, il-manutenzjoni u t-titjib tas-servizzi tagħna biex nissodisfaw il-ħtiġijiet tal-utenti tagħna.

Xi drabi, meta nipproċessaw informazzjoni maqsuma magħna minn siti u apps, dawk is-siti u apps jitolbu l-kunsens tiegħek qabel ma jippermettu lil Google tipproċessa l-informazzjoni tiegħek. Pereżempju, jista' jidher strixxun fuq sit li jitlob kunsens biex Google tkun tista' tipproċessa l-informazzjoni li jiġbor is-sit. Meta jiġri hekk, nirrispettaw l-iskopijiet deskritti fil-kunsens li tagħti lis-sit jew lill-app, aktar milli r-raġunijiet legali deskritti fil-Politika tal-Privatezza ta' Google. Jekk trid tibdel jew tirtira l-kunsens tiegħek, għandek iżżur is-sit jew l-app inkwistjoni biex tagħmel dan.

Personalizzazzjoni tar-reklami

Jekk il-personalizzazzjoni tar-reklami tkun mixgħula, Google tuża l-informazzjoni tiegħek biex tagħmel ir-reklami aktar utli għalik. Pereżempju, sit web li jbigħ mountain bikes jista' juża s-servizzi tar-reklami ta' Google. Wara li int iżżur dak is-sit, jaf tara reklam għal mountain bikes fuq sit differenti li juri reklami servuti minn Google.

Jekk il-personalizzazzjoni tar-reklami tkun mitfija, Google mhux se tiġbor jew tuża l-informazzjoni tiegħek biex toħloq profil tar-reklami jew tippersonalizza r-reklami li Google turilek. Xorta se tara reklami, iżda dawn jistgħu ma jkunux daqshekk utli. Ir-reklami xorta jistgħu jkunu bbażati fuq is-suġġett tas-sit web jew l-app li tkun rajt, it-termini attwali tat-tiftix tiegħek jew fuq il-post ġenerali tiegħek, iżda mhux fuq l-interessi tiegħek, l-istorja tat-tiftix jew il-kronoloġija tal-ibbrawżjar. L-informazzjoni tiegħek xorta tista' tintuża għall-iskopijiet l-oħra msemmija hawn fuq, bħal biex titkejjel l-effettività tar-reklamar u tipproteġi kontra l-frodi u l-abbuż.

Meta tinteraġixxi ma' sit web jew app li tuża s-servizzi ta' Google, tista' tintalab tagħżel jekk tridx tara reklami personalizzati minn fornituri ta' reklami, inkluż Google. Irrispettivament mill-għażla tiegħek, Google mhux se tippersonalizza r-reklami li tara jekk is-setting ta' personalizzazzjoni tar-reklami tiegħek ikun mitfi jew jekk il-kont tiegħek ikun eliġibbli għal reklami personalizzati.

Tista' tara u tikkontrolla liema informazzjoni nużaw biex nuruk reklami billi żżur is-settings tar-reklamar tiegħek.

Kif tista' tikkontrolla l-informazzjoni miġbura minn Google fuq dawn is-siti u l-apps

Dawn huma wħud mill-modi kif tista' tikkontrolla l-informazzjoni li tinqasam mill-apparat tiegħek meta żżur jew tinteraġixxi ma' siti u apps li jużaw is-servizzi ta' Google:

  • Is-Settings tar-Reklami jgħinuk tikkontrolla r-reklami li tara fuq is-servizzi ta' Google (bħal Google Search jew YouTube), jew fuq sit web u apps li mhumiex ta' Google li jużaw is-servizzi tar-reklami ta' Google. Tista' wkoll issir taf kif jiġu personalizzati r-reklami, tagħżel li ma tipparteċipax fil-personalizzazzjoni tar-reklami u timblokka reklamaturi speċifiċi.
  • Jekk tkun illoggjat/a fil-Kont ta' Google tiegħek, u skont is-settings tal-Kont tiegħek, L-Attività Tiegħi tippermettilek tirrieżamina u tikkontrolla d-dejta li tinħoloq meta tuża s-servizzi ta' Google, inkluża l-informazzjoni li niġbru mis-siti u l-apps li tkun żort. Tista' tibbrawżja skont id-dejta u skont is-suġġett, u tħassar parti mill-attività tiegħek jew kollha kemm hi.
  • Ħafna siti web u apps jużaw Google Analytics biex jifhmu kif il-viżitaturi jinteraġixxu mas-siti jew mal-apps tagħhom. Jekk ma tridx li Analytics jintuża fil-brawżer tiegħek, tista' tinstalla l-add-on tal-brawżer ta' Google Analytics. Sir af aktar dwar Google Analytics u l-privatezza.
  • Il-modalità incognito fi Chrome tippermettilek tillimita l-informazzjoni li Chrome jissejvja fl-apparat tiegħek meta tibbrawżja l-web. Sir af aktar dwar Incognito. Il-cookies jitħassru wara li tkun għalaqt it-twieqi u t-tabs incognito kollha tiegħek, u l-bookmarks u s-settings tiegħek jinħażnu sakemm tħassarhom. Sir af aktar dwar cookies. Using Incognito mode in Chrome or other private browsing modes does not prevent the collection of data when you visit websites that use Google services, and Google still collects data when you visit websites using Google services in private browsing modes.
  • Ħafna brawżers, inkluż Chrome, jippermettulek timblokka cookies ta' partijiet terzi. Tista' wkoll tneħħi kwalunkwe cookie eżistenti mill-brawżer tiegħek. Sir af aktar dwar il-ġestjoni tal-cookies fi Chrome.
Tinfetaħ f'tab ġdida(tiftaħ nota f'qiegħ il-paġna)
  • Afrikaans
  • Bahasa Indonesia
  • Bahasa Melayu
  • Català
  • Čeština
  • Dansk
  • Deutsch
  • Eesti
  • English
  • English (India)
  • English (United Kingdom)
  • Español
  • Español (Latinoamérica)
  • Euskara
  • Filipino
  • Français
  • Français (Canada)
  • Gaeilge
  • Galego
  • Hrvatski
  • Isizulu
  • Íslenska
  • Italiano
  • Kiswahili
  • Latviešu
  • Lietuvių
  • Magyar
  • Malti
  • Nederlands
  • Norsk
  • Polski
  • Português (Brasil)
  • Português (Portugal)
  • Română
  • Slovenčina
  • Slovenščina
  • Srpski
  • Suomi
  • Svenska
  • Tiếng Việt
  • Türkçe
  • অসমীয়া
  • Ελληνικά
  • Български
  • ଓଡିଆ
  • Русский
  • Српски
  • Українська
  • ‫עברית‬
  • ‫اردو‬
  • ‫العربية‬
  • ‫فارسی‬
  • አማርኛ
  • मराठी
  • हिन्दी
  • বাংলা
  • ગુજરાતી
  • தமிழ்
  • తెలుగు
  • ಕನ್ನಡ
  • മലയാളം
  • ไทย
  • 한국어
  • 中文 (香港)
  • 中文(简体中文)
  • 中文(繁體中文)
  • 日本語
Apps ta' Google
Menu prinċipali